Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Greċja, organizzata mill-Ambaxxata tal-Greċja f’Malta.
Fid-diskors tagħha, il-President aċċennat għal sittin sena ta’ relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, li matulhom inbniet relazzjoni bilaterali bbażata fuq il-fiduċja, rispett u valuri komuni.
Fost l-oħrajn, il-President elenkat il-kollaborazzjoni bejn Malta u l-Greċja f’diversi setturi, fosthom l-oqsma ta t-tassazzjoni, it-tiftix u s-salvataġġ, is-servizzi tal-ajru u l-avjazzjoni, it-turiżmu, is-saħħa, il-kultura, l-edukazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija, u l-agrikoltura.
F’dan l-isfond, L-Eċċellenza Tagħha esprimiet l-ottimiżmu ta’ Malta li tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoni mal-Greċja, u tibni fuq il-kisbiet li sarrfu mill-ħbiberija u l-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.



