Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Indja.

Fid-diskors tagħha rrikonoxxiet ir-rabtiet bilaterali u l-ħbiberija bejn Malta u l-Indja, b’kollaborazzjoni li tkopri firxa ta’ setturi, fosthom it-tassazzjoni, ix-xjenza, it-teknoloġija, il-kultura, it-turiżmu, u l-edukazzjoni.

Irreferiet ukoll għar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Indja u l-Unjoni Ewroja u nnotat b’sodisfazzjon l-iffirmar ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropeja u l-Indja li ġie ffirmat aktar kmieni din il-ġimgħa, rigward Strategic Partnership f’ċertu oqsma.

Il-President aċċennat ukoll għall-valuri li jgħaqqdu lil Malta u l-Indja anke fuq livell internazzjonali, fejn iż-żewġ pajjiżi jikkontribwixxu b’mod attiv għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u jservu bħala vuċi għal dinja aktar ġusta u ekwa, u għal demokrazzija u s-saltna tad-dritt, partikolarment fin-Nazzjonijiet Uniti u fil-Commonwealth, fejn Malta u l-Indja t-tnejn membri ta’ dawn il-fora.