Midja

Is-Sibt filgħaxija, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għas-serata tal-Public Service Awards li saret fil-Forti Sant’Iermu.
Fid-diskors tagħha, il-President fissret is-Servizz Pubbliku bħala organizzazzjoni ħajja u attiva, li trid tibqa’ tiġġedded bis-sinerġija bejn l-impjegati u l-pubbliku. Waqt li fakkret lill-ħaddiema fid-dover tagħhom li jżommu r-reputazzjoni tajba tas-Servizz Pubbliku, u jservu għall-ġid tal-pubbliku, il-President esprimiet l-apprezzament tal-Presidenza għall-ħidma kollettiva tagħhom.
Matul is-serata, il-President tat rikonoxximenti lil diversi ħaddiema li ddistingwew lilhom infushom fil-ħidma tagħhom bħala parti mis-Servizz Pubbliku.