Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tar-Repubblika ta’ Franza.
F’diskors tal-okkażjoni, il-President aċċennat għall-ħbiberija storika bejn Malta u Franza, ir-rispett bejn iż-żewġ pajjiżi u l-kooperazzjoni f’diversi setturi, fosthom fil-kummerċ u t-turiżmu.
Il-President tkellmet ukoll dwar il-viżjoni komuni ta’ Malta u Franza favur il-paċi u l-prosperità globali u l-kollaborazzjoni f’istituzzjonijiet internazzjonali, fosthom fin-Nazzjonijiet Uniti, u wkoll matul iċ-Chairmanship ta’ Malta fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u l-Presidenza tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa.









