Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Eġittu.
F’diskors tal-okkażjoni, il-President aċċennat għall-ħbiberija storika bejn Malta u l-Eġittu, ibbażata fuq wirt kulturali komuni u kooperazzjoni f’diversi oqsma.
Waqt li rreferiet għas-sinifikat ta’ din is-sena, li timmarka s-60 anniversarju tar-rabtiet diplomatiċi bejn Malta u l-Eġittu, il-President tenniet l-impenn ta’ Malta li l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi tkompli titwessa’, u jkunu esplorati l-possibbiltajiet ta’ ħidma f’oqsma ġodda, għall-benefiċċju reċiproku tal-popli rispettivi.