Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono indirizzat riċeviment fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa, organizzat mir-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, u l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.
F’diskors tal-okkażjoni, il-President fissret din l-okkażjoni bħala ċelebrazzjoni tal-identità Ewropea tagħna u l-valuri bażi tagħha u l-fatt illi l-Unjoni Ewropea bdiet bħala proġett ta’ paċi.
Dan waqt li aċċennat l-importanza li l-Unjoni Ewropea tkompli tkun vuċi b’saħħitha u konsistenti għall-paċi ul-ġustizzja madwar id-dinja.