Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, poġġiet fjuri fuq il-monument tal-Ħelsien fil-Birgu, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Jum il-Ħelsien organizzati minn Festivals Malta.
Mal-wasla tagħha, il-President intlaqgħet mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-Gwardja tal-Unur, u ngħatat is-salut nazzjonali. Iċ-ċerimonja ġiet fi tmiemha bid-daqq tal-Innu Malti.