Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono żaret il-Workers’ Memorial Building, fejn iltaqgħet mal-ħaddiema tal-General Workers’ Union u Union Print.
F’indirizz lill-membri tal-Eżekuttiv u l-Kunsill tal-GWU, il-President irrikonoxxiet il-ħidma tal-Union biex beda jiddaħħal element ta’ organizzazzjoni fost il-ħaddiema f’Malta u Għawdex, fi żmien fejn id-drittijiet tagħhom ma’ kinux rikonoxxuti.
Aċċennat ukoll għal kif, matul is-snin, il-GWU baqgħet tevolvi biex sal-lum għadha punt ta’ riferenza u ta’ tmexxija għall-ħaddiema.