Midja
L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono żaret l-uffiċċji tal-MITA f’Santa Venera, fejn rat il-ħidma tat-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni li ssir minn hawn u li tiffaċilità l-ħidma diġitali tas-Servizz Pubbliku.
Waqt li ltaqgħet mat-tmexxija u l-uffiċjali, il-President fissret il-MITA bħala l-bastun tas-Servizz Pubbliku, u faħħret l-effiċjenza u l-ħidma tal-impjegati, li permezz tagħhom l-entitajiet pubbliċi jistgħu jaqdu liċ-ċittadini.
Il-President irreferiet ukoll għax-xogħol siewi li MITA Cares tagħmel b’risq il-filantropija f’pajjiżna, partikolarment il-ħidma tal-MITA biex tgħin NGOs fosthom Malta Community Chest Fund f’maratoni ta’ ġbir ta’ fondi.
Fi tmiem iż-żjara, il-President irċeviet donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund.





