Midja
Il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, għamlet żjara uffiċjali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO).
Fid-diskors li għamlet f’din l-okkażjoni, il-President ta’ Malta qalet illi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika huwa parti mill-format demokratiku ta’ pajjiżna u jikkontribwixxi għas-saltna tad-dritt.
Il-President aċċennat ukoll li l-iskrutinju li jsir minn dan l-Uffiċċju jsaħħaħ il-kontabilità u l-governanza, u għandu jsir b’mod oġġettiv, imparzjali u mingħajr ma jkun mittiefes minn influwenzi esterni.
Fi tmiem iż-żjara, l-Awditur Ġenerali ppreżenta lill-President b’donazzjoni b’risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund, miġbura mill-attivitajiet organizzati għall-impjegati, u donazzjonijiet tagħhom.


