Midja

Fid-diskors tagħha saħqet fuq l-importanza li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta ta’ Jean Paul Sofia bl-akbar serjetà u ħeġġet lill-awtoritajiet u lill-partijiet ikkonċernati biex jikkollaboraw fl-abbozzar ta’ liġijiet u regolamenti biex tiġi stabbilita sistema effettiva ta’ spezzjonijiet u kontrolli.
Il-President appellat għal aktar ħarsien tal-art agrikola u enfasizzat l-importanza li tingħata prijorità lis-saħħa mentali u fiżika tal-poplu fuq l-interessi personali u egoċentriċi.