Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għall-ftuħ ta’ disa’ swali fil-Palazz tal-Gran Mastru, li wara xogħol ta’ restawr estensiv se jinfetħu għall-ewwel darba għall-pubbliku.
Is-swali jinkludu għamara u artefatti li ngħataw mill-kollezzjonist lokali Paul Zammit bħala donazzjoni lil Heritage Malta.
Il-President ferħet lil Heritage Malta għax-xogħol li qed jitwettaq biex jiġi konservat il-patrimonju ta’ pajjiżna u rrikonoxxiet ix-xogħol imprezzabbli u ta’ dedikazzjoni tad-diriġenti viżjonarji ta’ Heritage Malta u, fuq kollox, is-sehem f’dan tal-imgħallmin u l-ħaddiema ta’ Heritage Malta.


