Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, ippreżentat l-unur Premju Soċjetà Ġusta liż-żagħżugħ Jacob Callus, waqt serata organizzata mill-Ministeru għall-Inklużjoni u s-Settur tal-Volontarjat.
Fid-diskors tagħha, il-President ta’ Malta qalet li “dawn ir-rikonoxximenti jfakkruna f’għażliet importanti li nagħmlu ta’ kuljum, u li bihom nibnu soċjetà li ma tagħlaqx il-bibien tagħha quddiem l-ebda individwu, u li tħaddan lil kulħadd b’rispett u dinjità.”
Il-President ħeġġet mhux biss lil dawk kollha li jaħdmu fis-settur tal-inklużjoni, imma wkoll lis-soċjetà b’mod ġenerali, biex jagħrfu l-potenzjal u l-abbiltajiet ta’ kull individwu u l-importanza li kull wieħed u waħda minna għandu u għandha fil-ħajja ta’ kuljum, mingħajr l-ebda distinzjoni.



