Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, tat il-patronaġġ tagħha għat-tendija tal-Journal of Financial Supervisors Academy, li ser iservi bħala pjattaforma ekonomika li tilqa’ fiha diskussjoni dwar ir-riċerka fil-qasam tar-regolamentazzjoni finanzjarja.
Il-President qalet li dan il-ġurnal ser iservi biex ikun ta’ pont bejn it-teorija u l-prattika billi jippreżenta kontribuzzjonijiet tal-ogħla livell minn esperti fil-qasam finanzjarju mill-Ewropa kollha. Wara riċerka u studju, dawn il-kontribuzzjonijiet ikomplu jwessgħu it-teorija u l-prattika fejn tidħol l-innovazzjoni f’dan is-settur.
Għal-laqgħa attendew il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, u wkoll l-akkademiċi u l-esperti finanzjarji, fil-maġġoranza tagħhom barranin, li kkontribwew studji f’din l-ewwel edizzjoni tal-Journal of Financial Supervisors Academy.


