Midja
It-Tlieta filgħaxija, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali ta’ Malta, organizzata mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa, fi Strasburgu.
F’diskors tal-okkażjoni, il-President tkellmet fuq il-valuri komuni bejn Malta u l-Kunsill tal-Ewropa. L-E.T. aċċennat il-vjaġġ ta’ Malta matul is-snin, bħala pajjiż imsejjes fuq il-prinċipji tad-demokrazija, il-paċi u d-dinjità tal-bniedem.
Għal din iċ-ċelebrazzjoni, bit-tema tal-festa Maltija, attendew ukoll id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, l-Onor. Ian Borg, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, l-E.T. Alain Berset, il-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE), is-Sur Theodoros Rousopoulos, u d-delegazzjoni tal-Parlament Malti għall-Kunsill tal-Ewropa.





