Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni li mmarkat it-30 sena mit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Ombudsman f’Malta.
F’diskors tal-okkażjoni fil-Palazz Presidenzjali tal-Belt Valletta, il-President saħqet li dan l-anniversarju għandu jfakkarna fil-valuri dejjiema tad-demokrazija tagħna, it-trasparenza, il-governanza t-tajba u l-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini.
Il-President sellmet u irringrazzjat lill-Ombudsman, l-Imħallef Emeritu Joseph Zammit McKeon, lit-tim tiegħu u li kull min ta kontribut f’dan l-uffiċċju matul dawn it-tliet diċenji.




