Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għal serata organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanita Attiva, li matulha l-koppja Jeanpierre u Iliana Azzopardi kienu rikonoxxuti bil-Premju Anzjanità Attiva għall-impenn volontarju tagħhom b’risq l-anzjani fil-komunità f’Tal-Ibraġġ.

Fid-diskors tagħha, il-President irrikonoxxiet ir-rwol tal-anzjani fis-soċjetà, li rreferiet għalihom bħala pilastri tal-komunitajiet tagħna.

Fl-istess waqt, il-President ħeġġet lill-awtoritajiet, għaqdiet volontarji u lill-anzjani infushom biex ikomplu bil-ħidma tagħhom biex jiżguraw li l-anzjani ma jaqgħux lura fl-era diġitali tal-lum, waqt li jkollhom dejjem iktar opportunità li jgħixu ħajja attiva.