Midja
Waqt l-inawgurazzjoni tal-binja l-ġdida ta’ Hospice Malta, l-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono rrikonoxxiet il-kontribut mill-aqwa li toffri Hospice Malta fil-qasam tal-kura paljattiva.
Fid-diskors tagħha, il-President irreferiet għall-proġett tal-binja ġdida bħala prova konkreta ta’ sinerġija u għaqda bejn kulħadd – proġett li huwa riżultat ta’ ħidma kollettiva bejn il-Gvern, il-Kurja, Hospice Malta u l-poplu.
Il-President aċċennat ukoll dwar l-importanza ta’ informazzjoni mifruxa ta’ x’inhi l-kura paljattiva, u fissret li dan l-għarfien huwa neċessarju biex diskussjonijiet dwar suġġetti etiko-mediċi-legali jkunu mgħarbla profondament u bis-serjetà.
Awgurat li l-binja l-ġdida tkun strumentali fit-twessiegħ tas-servizzi offruti minn Hospice Malta lil iktar pazjenti u l-familji tagħhom.



