Midja
Il-Ġimgħa filgħaxija, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għal serata kulturali organizzata mill-Kummissjoni Għolja tal-Indja f’Malta u li kkommemorat is-60 sena ta’ relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Indja.
Matul is-serata, gruppi folkloristiċi Maltin u Indjani offrew prestazzjonijiet artistiċi lil dawk preżenti, f’ċelebrazzjoni tal-kultura u l-arti rikka taż-żewġ pajjiżi.
Waqt li fissret attivitajiet bħal dawn bħala mezz kif tissaħħaħ id-diplomazija kulturali permezz tal-mużika, li tqarreb il-poplu lejn xulxin, il-President aċċennat ukoll ir-rabtiet bejn Malta u l-Indja, ibbażati fuq rispett reċiproku, is-solidarjetà u l-ħidma komuni favur il-popli rispettivi.




