Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono laqgħet lill-kumitat ta’ tmexxija u lit-tim ta’ Victoria Hotspurs FC għal laqgħa ta’ kortesija fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Waqt il-laqgħa, l-E.T. kellha l-opportunità tawgura lit-tim li kiseb il-promozzjoni min-National Amateur League II, fi tmiem staġun storiku għall-ewwel skwadra Għawdxija li kkompetiet u rebħet l-unuri fid-diviżjonijiet tal-futbol Malti.
Minn naħa tagħha, it-tmexxija amministrattiva ta’ Victoria Hotspurs irringrazzjat lill-E.T. tal-laqgħa filwaqt li preżentat donazzjoni b’risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund.