Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, laqgħet lill-atleti li rrappreżentaw lil Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, li saru f’Andorra, fejn kisbu l-ikbar ammont ta’ midalji f’edizzjoni li saret barra minn pajjiżna.
Għaż-żjara, li saret fil-Palazz ta’ Sant’Anton, l-atleti kienu akkumpanjati mill-kowċis u uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti.
Meta kienet qed tindirizza lill-atleti, il-President fissrithom bħala eżempju għall-poplu malti u Għawdxi, għad-determinazzjoni, stamina u reżiljenza tagħhom, u rrikonoxxiet ir-rwol ta’ dawk li assistewhom biex setgħu jagħmlu isem lil pajjiżna barra minn Malta. Hija ferħitilhom għas-suċċessi li kisbu.