Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, iltaqgħet mal-pazjenti li jinsabu fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares f’Sutton, waqt li jingħataw l-appoġġ tal-Malta Community Chest Fund, matul il-perjodu tat-trattament tagħhom.
Flimkien magħhom, il-President attendiet ukoll għal quddiesa mill-patrijiet tal-Ordni tal-Franġiskani Konventwali, li huma ta’ wens għall-Maltin matul dan il-perjodu diffiċli ‘lil hinn minn xtutna.
Fi tmiem iż-żjara tagħha, il-President qassmet rigali lit-tfal preżenti, kif ukoll ħelu tradizzjonali Malti mħejji mill-kċina tal-Palazz tal-President.