Midja
L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono ltaqgħet mat-tfal li flimkien mal-edukaturi tagħhom l-Erbgħa filgħodu attendew għall-Festa tal-Festi, organizzata mill-Malta Community Chest Fund fil-Kastell Verdala u l-ġonna tiegħu.
Waqt li tkellmet mat-tfal, il-President ħeġġithom biex japprezzaw il-festa Maltija, il-kultura u l-arti, u appellatilhom biex huma wkoll jivolvu ruħhom biex b’hekk dawn it-tradizzjonijiet jibqgħu ħajjin.
Għal din iż-żjara attenda wkoll il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, l-Onorevoli Owen Bonnici.
Iktar tard, l-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono rritornat fil-Kastell Verdala għal Festa ta’ Festi, biex iltaqgħet ma’ gruppi ta’ anzjani li attendew għal din l-attività organizzata mill-Malta Community Chest Fund.
Huma kellhom l-opportunità li jgawdu diversi tradizzjonijiet marbuta mal-festa Maltija, fosthom il-banda, esebizzjoni ta’ damask u statwi reliġjużi kif ukoll xogħol tal-idejn li jagħti kulur lill-festa tradizzjonali Maltija, bħal-liedna.













