Midja
L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono inawgurat l-esebizzjoni A Maltese Artist in Rome, li tikkommemora l-memorja u x-xogħol tal-artist Malti Antonio Sciortino.
Din l-esebizzjoni tikkonċentra b’mod speċjali fuq il-kunċett ambizzjuż ta’ Sciortino għall-ħolqien ta’ kumpless vast ‘Monument tas-Suldat Mhux Magħruf’, u li ppreżenta f’Ruma fl-1922 bil-ħolma li jservi bħala “a shrine of the nations and the Unknown Soldier”.
L-esebizzjoni qed tittella’ mill-Ambaxxata Maltija f’Ruma, bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Heritage Malta u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, u qed issir fis-sede tas-Società Dante Alighieri, f’Palazzo Firenze, f’Ruma.




