Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono attendiet għall-gradwazzjoni ta’ grupp ta’ persuni li segwew il-programm ta’ Sedqa u temmew b’suċċess vjaġġ biex jegħlbu l-vizzju tad-droga.
Waqt li rreferiet għat-tema ta’ din is-sena, Breaking the Chains, il-President mhux biss irrikonoxxiet l-isforz u l-impenn ta’ dawn il-persuni, iżda wkoll faħħrithom għall-istamina u kuraġġ tagħhom biex issa jistgħu jirritornaw fis-soċejtà bħala bnedmin sħaħ li mhux biss jistgħu jgħinu lilhom infushom imma wkoll lill-oħrajn.

Fid-diskors tagħha, il-President faħħret ukoll il-ħidma u d-dedikazzjoni tal-professjonisti ta’ Sedqa, u entitajiet oħra tal-Gvern u għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu f’dan is-settur.