Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, indirizzat konferenza li ċċelebrat id-90 anniversarju tat-Times of Malta, u li matulha kien diskuss il-futur tal-ġurnalizmu f’Malta, f’era diġitali li ġabet magħha sfidi u opportunitajiet.
Fid-diskors tagħha, il-President aċċennat il-valuri li hu mibni fuqhom il-ġurnaliżmu u fakkret fil-missjoni tal-ġurnalisti li jinformaw, jedukaw u jrawmu kwalitajiet tajba fost is-soċjetà fl-istess waqt li jkunu megħjuna u protetti biex iwettqu l-ħidma tagħhom.