Midja
F’Jum l-Indipendenza, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, ħadet sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali.
Il-Ħadd filgħodu, il-President ingħatat salut nazzjonali mill-Forzi Armati ta’ Malta u spezzjonat il-Gwardja tal-Unur. Wara, hi attendiet għall-Quddiesa Pontifikali fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
Fi tmiem il-quddiesa, il-President ingħaqdet mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż quddiem il- monument tal-Indipendenza, il-Furjana, fejn qiegħdet kuruna ta’ fjuri.






