Midja
Nhar is-Sibt li għadda, fil-Kastell Verdala saret is-serata tal-IĠM Awards, organizzata mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta u li matulha ngħataw 21 rikonoxximent lil ġurnalisti f’oqsma differenti tal-ġurnaliżmu.
Among these honours, H.E. Myriam Spiteri Debono recognised Ray Bugeja, one of the founders of The Malta Independent, with the Gold Award for his contribution to journalism in Malta.
Fost dawn l-unuri, l-E.T. Myriam Spiteri Debono rrikonoxxiet lil Ray Bugeja, wieħed mill-fundaturi ta’ The Malta Independent, bil-Gold Award għall-kontribut tiegħu b’risq il-ġurnaliżmu f’Malta.
Fid-diskors tagħha, il-President Spiteri Debono rrikonoxxiet il-ħidma tal-IĠM b’risq il-ġurnaliżmu u l-ġurnalisti f’Malta, u aċċennat id-dmirijiet tal-Istitut, b’mod speċjali issa li ġie rikonoxxut uffiċjalment bħala union.
Il-President fakkret ukoll lill-ġurnalisti fir-responsabbiltà tagħhom li jinfurmaw lill-pubbliku b’mod ċar u korrett, u enfasizzat l-importanza kruċjali li jkunu oġġettivi. Fl-istess waqt, il-President irrikonoxxiet ukoll l-impenn tagġhom favur il-verità, l-korrettezza u s-sens ċiviku li jagħmilhom parti importanti mill-proġett demokratiku ta’ pajjiżna.





