Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono ospitat lill-atleti ta’ Special Olympics Malta għal riċeviment li kkommemora l-25 anniversarju tal-istess organizzazzjoni.
Meta indirizzat lill-atleti, il-President fissrithom bħala eżempju ta’ kuraġġ u reżiljenza għal ċittadini oħra, irringrazzjathom għall-kontribut li jagħtu lill-pajjiż u lis-soċjetà, u nkoraġġiethom biex iħarsu ‘l quddiem u ‘l fuq u jkunu ċittadini attivi.
Il-President irringrazzjat ukoll lill-Kumitat ta’ Special Olympics Malta, u l-voluntiera li jassistu lill-atleti, tad-dedikazzjoni tagħhom.
Ir-riċeviment kien indirizzat ukoll minn Dr. Lydia Abela, President ta’ Special Olympics Malta.
Matul is-serata, il-President kienet preżentata wkoll bi tpinġija li saret mill-atleta Dylan Lombardi.