Midja

Fil-Palazz ta’ Sant’Anton saret it-tnedija tal-pubblikazzjoni kommemorattiva ‘25 for 25 – Heirlooms for Posterity’; ġabra ta’ kontribuzzjonijiet akkademiċi mill-Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-għaqda.

F’diskors tal-okkażjoni, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, irrikonoxxiet il-ħidma tal-Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali biex tkun preservata l-istorja ta’ Malta, permezz tal-wirt dokumentat u l-memorja ta’ pajjiżna.

Il-President esprimiet il-bżonn li iktar persuni jersqu ‘l quddiem biex b’mod volontarju jgħinu fl-arkivjazzjoni, jew jagħżlu din il-vokazzjoni bħala l-professjoni tagħhom, kif ukoll biex l-istudenti jiġu mgħallma japprezzaw l-importanza tal-Arkivji sa minn eta’ żgħira.