Midja
Fil-Palazz ta’ Sant’Anton saret it-tnedija tat-tielet edizzjoni ta’ ‘A Commentary on the Constitution of Malta’; studju legali tal-Professur Tonio Borg u pubblikazzjoni ta’ Kite Group, li tiġbor fiha iktar minn 600 deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali ta’ Malta u Qrati Ewropej oħra, waqt li tagħti stampa ċara tal-iżvilupp kostituzzjonali matul iż-żmien.
F’diskors matul it-tnedija, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, tkellmet dwar l-importanza tal-Kostituzzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u aċċennat li l-Kostituzzjoni hi materja ħajja li tkompli tiżviluppa u tadatta quddiem l-isfidi taż-żminijiet biex tiżgura ġustizzja.




