Midja

L-Ambaxxatriċi tal-Ġappun, l-Eċċellenza Tagħha Ono Hikariko, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
 
Fil-laqgħa tagħha, l-Ambaxxatriċi tal-Ġappun innotat li Malta u l-Ġappun igawdu minn relazzjonijiet eċċellenti, imsaħħa aktar minn diversi inizjattivi u skambji sinifikanti.
 
Min-naħa tagħha, il-President iffokat fuq il-prospetti għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-oqsma tal-kummerċ, tal-kultura u anke tat-turiżmu.