Midja

L-Ambaxxatriċi tar-Renju ta’ Spanja, l-E.T. Miriam Álvarez de la Rosa Rodríguez, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Minn naħa tagħha, l-Ambaxxatriċi tkellmet dwar kif Malta u Spanja għandhom għeruq storiċi komuni, u enfasizzat li fil-preżent jaqsmu l-istess viżjoni favur il-promozzjoni tad-demokrazija u l-liġi internazzjonali fi żmien meta l-kumplessitajiet u l-sfidi globali qed jiżdiedu.
L-Eċċellenza Tagħha laqgħet l-impenn sħiħ tal-Ambaxxatriċi biex iż-żewġ pajjiżi jibqgħu jaħdmu ħalli jkabbru s-sisien tar-relazzjonijiet bilaterali u wkoll ikun hemm politika Mediterranja aktar b’saħħitha.
Irrikonoxxiet ukoll il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni f’fora internazzjonali, fosthom fin-Nazzjonijiet Uniti u fl-Unjoni Ewropea, li tagħhom sew Spanja kif ukoll Malta huma membri.