Midja

L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Ellenika, l-E.T. Stella Bezirtzoglou, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Matul il-laqgħa mal-Eċċellenza Tagħha, l-Ambaxxatriċi tal-Greċja esprimiet il-pjanijiet biex tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bilaterali, b’mod partikolari fl-oqsma kulturali.
Minn naħa tagħha, il-President tkellmet dwar l-importanza tas-solidarjetà fost stati li huma impenjati li jiddefendu d-dritt internazzjonali, b’enfasi fuq il-ħtieġa għal rikonoxximent akbar tal-isfidi li qed jiffaċċja r-reġjun tan-nofsinhar tal-Unjoni Ewropea, u l-isfidi fir-reġjun tal-Mediterran.