Midja
L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Italja, l-Eċċellenza Tagħha Valentina Setta, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
L-Ambaxxatriċi tkellmet dwar ir-relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi, filwaqt li qalet li qed tħares ’il quddiem biex tkompli ssaħħaħhom permezz ta’ inizjattivi fl-oqsma diplomatiċi, kulturali u edukattivi, bħat-tagħlim tal-lingwa Taljana f’Malta.
Min-naħa tagħha, l-E.T. Myriam Spiteri Debono wriet l-apprezzament ta’ Malta għall-kooperazzjoni tal-Italja f’oqsma diversi, mill-bidu tar-relazzjonijiet, u aċċennat b’mod partikolari għall-kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija. Irreferiet ukoll għal-laqgħa li kellha f’Jannar ta’ din is-sena mal-President Taljan Sergio Mattarella.



