Midja

L-Ambaxxatur tan-Nepal, l-Eċċellenza Tiegħu Shanil Nepal, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
L-Ambaxxatur fisser kif ir-relazzjoni bejn in-Nepal u Malta hija bbażata fuq ir-relazzjonijiet bejn il-popli, b’aktar minn ħdax-il elf ċittadin minn Nepal residenti hawn Malta.
Huwa wera x-xewqa li l-kollaborazzjoni bilaterali tkompli tikber, speċjalment fis-settur tal-agrikoltura, fejn Malta evolviet prassi effikaċi li n-Nepal lesta tara kif tista’ timplimenta fis-sistemi tagħha stess.