Midja
L-Ambaxxatur għar-Repubblika tat-Turkija, l-Eċċellenza Tiegħu Barkın Kayaoğlu, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Il-President esprimiet il-gratitudni tagħha f’isem il-poplu Malti għall-intervent diplomatiku li sar mit-Turkija u għin sabiex pajjiżna jkollu provvista kostanti tal-kimika li tintuża fl-Isptar tal-Onkoloġija għall-kura tal-kanċer.
Huma ddiskutew ir-relazzjoni li hemm bejn Malta u t-Turkija u kif din tista’ tkompli tissaħħaħ. Dwar it-taqlib fix-xena internazzjonali ġie nnutat li Malta u t-Turkija t-tnejn huma fuq quddiem sabiex iwasslu messaġġ wieħed, dak favur id-djalogu u l-paċi dejjiema.



