Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kienet preżenti u indirizzat iċ-ċerimonja li matulha Malta ġiet fdata bil-Presidenza tal-Kunsill tan-Notarjati tal-Unjoni Ewropea.

Fl-indirizz tagħha, il-President saħqet fuq l-importanza ta’ dan il-Kunsill li jgħaqqad 22 pajjiż u 50,000 nutar tal-unjoni Ewropea. Dan il-Kunsill Ewropew għandu rwol importanti sabiex jiġu fis-seħħ regoli uniformi li jolqtu mill-qrib liċ-ċittadini tal-UE, fejn jidħlu relazzjonijiet personali, familjari u wkoll kummerċjali.

Fl-aħħar tad-diskors tagħha, il-President ferħet lin-Nutar Dr Roland Wadge, li qed jassumi t-tmexxija ta’ din il-Presidenza tal-Kunsill Notarili Ewropew, u awgurat lilu u lill-Kunsill ħidma biex jitwettqu l-prijoritajiet tal-Presidenza ta’ Malta. Irringrazzjatu wkoll għall-ħidma tiegħu, għal snin twal, fit-tmexxija tal-Kunsill Nutarili ta’ Malta.

L-attività kienet indirizzata wkoll mill-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard.