Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha żjara ta’ korteżija fil-Palazz ta’ Sant’Anton mill-membri tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra.
L-E.T. appellat lill-membri sabiex f’ħidmiethom iżommu ħajja u b’saħħitha, r-rabta bejn Malta u d-Diaspora fil-pajjiżi rispettivi.
Il-President innotat li ħafna mill-Maltin li jgħixu barra minn Malta, kemm dawk li twieldu f’Malta u dixxendenti tagħhom, għadhom iħobbu l-ilsien Malti, u jikkoperaw f’inizjattivi biex il-kultura, it-tradizzjonijiet u l-valuri Maltin jibqgħu ħajjin anke kilometri ‘l bogħod minn artna.
Fi tmiem iż-żjara, il-President irċeviet ukoll donazzjoni b’risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund.




