Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Ambaxxatur residenti, u Ambaxxatur u Kumissarju Għoli mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom

Żewġ Ambaxxaturi u Kummissarju Għoli ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Dawn huma:

  • L-Ambaxxatur tar-Repubblika ta-Poplu taċ-Ċina, l-Eċċellenza Tiegħu Zhang Zuo;
  • L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Moldova, l-Eċċellenza Tiegħu Oleg Nica;
  • Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka, l-Eċċellenza Tiegħu Arjuna Rodrigo.

Wara li l-Ambaxxatur taċ-Ċina ppreżenta il-Kredenzjali lill-Eċċellenza Tagħha, id-diksussjoni ffukat fuq kollaborazzjoni kurrenti fis-setturi kummerċjali u dawk edukattivi, filwaqt li ġie diskuss ukoll il-potenzjal li dawn ir-rabtiet kummerċjali, kulturali u ekonomiċi bejn Malta u ċ-Ċina jkomplu jissaħħu.

Fil-laqgħa li kellu mal-Eċċellenza Tagħha, l-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Moldova tkellem dwar l-aħħar żviluppi marbuta mal-elezzjoni ġenerali fil-Moldova, fejn il-poplu bagħat messaġġ ċar favur sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea. L-Ambaxxatur tenna l-impenn tiegħu biex jiġu esplorati opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni, fosthom fil-qasam edukattiv u anke permezz tal-kollaborazzjoni fil-Kunsill tal-Ewropa.

Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka, irrimarka kif hemm opportunità fejn Malta u s-Sri Lanka jistgħu jtejbu r-relazzjonijiet tajbin li hemm bejniethom permezz ta’ inizjattivi ġodda fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-turiżmu. Huwa irrikonoxxa li fuq livell multilaterali, Malta dejjem kienet promotur ewlieni tal-paċi u parteċipi ħafna f’fora bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Commonwealth.

Matul il-laqgħat, il-President Spiteri Debono ferħet lill-Ambaxxaturi u lill-Kummissarju Għoli għall-ħatra tagħhom u awgurat illi r-relazzjonijiet bejn Malta u l-pajjiżi rispettivi jissaħħu.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.