Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Ħatra ta’ Maġistrati ġodda

​Il-President ta’ Malta tgħarraf li:

Wara li fil-31 ta’ Jannar 2025 saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard għal ħatra ta’ żewġ maġistrati fil-Qrati Inferjuri ta’ Malta, minn persuni eliġibbli għal dawn il-karigi:

Il-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura mwaqqaf bis-saħħa tal-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, rċieva u għarbel tlieta u għoxrin (23) espressjoni ta’ interess li kollha kienu eliġibbli biex jiġu kkunsidrati skont l-Artikolu 100 (2) tal-Kostituzzjoni.

Il-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura mwaqqaf bis-saħħa tal-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, rċieva u għarbel tlieta u għoxrin (23) espressjoni ta’ interess li kollha kienu eliġibbli biex jiġu kkunsidrati skont l-Artikolu 100 (2) tal-Kostituzzjoni.

Wara li l-Kumitat iddelibera dwar ir-rakkomandazzjonijiet li huwa dovut li jagħmel lill-President skont l-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni ta’Malta;

Nhar it-Tnejn 24 ta’ Marzu 2025 is-Segretarju tal-Kumitat, is-Sur Frankie Mercieca ppreżentali rapport dettaljat ta’ tliet kandidati li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idonei u meritevoli sabiex minn dawn it-tliet kandidati il-President tagħmel l-għażla tagħha a tenut tal-Artikolu 96 A (6) (d).

L-ismijiet tat-tliet kandidati f’ordni alfabetiku kienu:

Dr Bianco Ingrid
Dr Borg Galea Monica
Dr Sammut Tanya.

Fit-2 ta’ April 2025 għarraft lill-Kumitat li l-għażla tiegħi skont l-istess Artikolu tal-Kostituzzjoni 96 A (6) (d) kienet:

Dr Sammut Tanya.

Sussegwentement nhar l-Erbgħa 9 ta’ April 2025 is-Segretarju tal-Kumitat is-Sur Frankie Mercieca ppreżentali t-tieni rapport dettaljat naxxenti wkoll. Dan ir-rapport mis-seduta tal 15 ta’ Marzu 2025 bl-ismijiet, skont l-Artikolu 96 A (6)(d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, ta’ tliet kandidati li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idonei u meritevoli.

L-ismijiet f’ordni alfabetiku kienu dawn:

Dr Agius Franco
Dr Bianco Ingrid
Dr Borg Galea Monica.

L-għażla minn dawn it-tliet ismijiet, skont l-istess Artikolu 96A (6) (d) tal-Kostituzzjoni, hija ta’:

Dr Borg Galea Monica.

Billi skont Artikolu 100 (1) tal-Kostituzzjoni, il-maġistrati tal-Qrati Inferjuri għandhom jiġu maħtura mill-President, li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni magħmula mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura stabbilit bl-Artikolu 96A tal-Kostituzzjoni; il-President taħtar, f’ordni alfabetiku lis-segwenti persuni sabiex iservu ta’ maġistrati fil-Qrati Inferjuri:

Dr Borg Galea Monica
Dr Sammut Tanya.

L-ismijiet tal-kandidati li fl-opinjoni tal-Kumitat kienu idonei u meritevoli u li tressqu għall-għażla tal-President bil-proċedura stabbilita mill-Artikolu 96 A (6) (d) u li skont l-istess Artikolu huwa mistenni li jiġu ppubblikati huma dawk li jidhru aktar ’il fuq f’din l-istqarrija.

B’dan ikun iddikjarat illi l-ħatra ta’ żewġ maġistrati skont is-sejħa pubblika maħruġa mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tal-Kostruzzjoni fil-31 ta’ Jannar 2025, ġiet sodisfatta u eżawrita.

Il-President tifraħ lill-ġudikanti ġodda u tirringrazzja lill-membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol siewi u metikoluż li wettqu.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.