Il-President Myriam Spiteri Debono ser tidħol l-Isptar Mater Dei s-Sibt 15 ta’ Novembru 2025 għal intervent mediku li jirrikjedi anestesija ġenerali.
Il-President mhux se tkun tista’ taqdi l-funzjonijiet tagħha matul il-jum tas-Sibt 15 ta’ Novembru 2025. Matul dan il-perjodu, Dott. Helena Dalli se tkun qed tokkupa l-kariga ta’ Aġent President tar-Repubblika.