Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Issir iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra ta’ Dr Alexander Borg bħala Kap tal-Oppożizzjoni

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, ippresediet fuq iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra ta’ Dr. Alexander Borg bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni ta’ Malta.

Wara l-ħatra, il-President stiednet lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jagħmel kelmtejn, li matulhom “qal li dan hu mument kruċjali. Mument li jrid jgħaqqad pajjiż u mhux jifred, b’politika li permezz tagħha ninsew id-differenzi ta’ bejnietna, ninsew il-kulur aħmar jew il-blu u niftakru fil-kulur abjad u aħmar – il-kuluri li jgħaqqduna lkoll bħala poplu wieħed.” Dr. Borg wiegħed li se jaħdem biex jara pajjiż aktar magħqud.

Iċ-ċerimonja għalqet b’kelmtejn mill-President, fejn ferħet u awgurat lill-Kap tal-oppożizzjoni u stednitu biex jaġixxi skont il-kliem ta’ għaqda u ta’ flimkien li bihom esprima ruħu fid-diskorsi tiegħu mindu sar Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Il-President temmet billi ħeġġitu li jimpenja liż-żgħażagħ fil-politika, u biex jasal permezz tad-djalogu u diskussjoni kalma.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.