Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Laqgħa ta’ korteżija bejn il-President ta’ Malta u l-Kardinal Pietro Parolin

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet lis-Segretarju tal-Istat tas-Santa Sede, il-Kardinal Pietro Parolin, għal laqgħa ta’ korteżija fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Il-Kardinal Parolin wassal is-sliem u l-awguri tal-Papa Ljun XIV u nnota b’sodisfazzjon il-koperazzjoni eċċellenti bejn iż-żewġ naħat fuq diversi livelli. Huwa faħħar ukoll ir-rwol ta’ Malta fix-xena multilaterali u l-impenn tagħha favur il-paċi, il-ġustizzja u s-saltna tad-dritt.
Matul il-laqgħa ġiet diskussa s-sitwazzjoni internazzjonali, inklużi l-kunflitti kurrenti u l-isfidi globali, b’enfasi fuq l-prinċipji tal-fratellanza, id-djalogu u r-riforma tas-sistemi multilaterali, fosthom in-Nazzjonijiet Uniti.
Min-naħa tagħha, l-Eċċellenza Tagħha qalet kif Malta ser tibqa’ impenjata li tħares lejn il-kawżi ewlenin tal-kunflitti filwaqt li tkompli taħdem favur il-paċi u r-responsabbiltà lejn il-komunità internazzjonali.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, enfasizza l-impenn fit-tul ta’ Malta favur is-sistema multilaterali, filwaqt li rrikonoxxa l-bżonn ta’ riforma u approċċ pragmatiku fid-dawl tar-realtajiet globali ġodda. Huwa tenna li l-politika barranija ta’ Malta tibqa’ mmirata lejn it-tisħiħ tad-djalogu, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-promozzjoni tal-paċi.
Iż-żewġ naħat qablu li minkejja d-diffikultajiet globali, hemm bżonn ta’ impenn kontinwu favur il-ġid komunitá, il-paċi u r-responsabbiltà kollettiva.
Preżenti wkoll għal laqgħa l-Ambaxxatur ta’ Malta għas-Santa Sede, l-E.T. Frank Zammit.
President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.