B’effett mill-11 ta’ Awwissu 2025, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, aċċettat ir-riżenja tal-Maġistrat Ian Farrugia, skont it-termini ta’ Kapitlu 564 tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-Maġistrat Farrugia rriżenja għal raġunijiet personali.
Il-President Myriam Spiteri Debono tirringrazzjah għas-servizz li ta matul it-terminu tiegħu bħala Maġistrat.