Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Titnieda t-22 edizzjoni tal-Istrina BOV Piggy Bank Campaign, b’risq il-Malta Community Chest Fund

Tnediet it-22 edizzjoni tal-Istrina BOV Piggy Bank Campaign, b’risq il-Malta Community Chest Fund

F’messaġġ li għaddiet matul konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta’ San’Anton, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, raddet ħajr lill-edukaturi u lill-istudenti kollha ta’ Malta u Għawdex li permezz ta’ din il-kampanja, ta’ kull sena jgħinu lill-Malta Community Chest Fund u lil dawk li jiġu bżonnha.

Filwaqt li irringrazzjat lil kull min jikkopera sabiex din l-attività tkun ta’ suċċess, il-President illi f’attivitajiet bħal dawn, “tibda tara u tmiss b’idejk, l-għaqda illi l-Malta Community Chest Fund hija għodda biex tiġbor lil kulħadd, lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.”

Il-President irringrazzjat b’mod speċjali lil Bank of Valletta li jikkordina din l-attività mal-Malta Community Chest Fund u jgħin b’tim ta’ volontarjat. Irringrazzjat ukoll lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Justin Schembri.

Il-Ministru Clifton Grima qal li din il-kampanja tgħin lit-tfal jikbru b’sens ta’ solidarjetà u ħsieb, u tkompli ssaħħaħ il-valur tal-edukazzjoni li tgħallem bil-qalb, mhux biss bil-kotba.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Justin Schembri tenna kif mumenti bħal dawn juru kif is-soċjetà Maltija hija mogħnija b’valuri tajbin u għalhekk ħeġġeġ lill-edukaturi kollha sabiex jimbuttaw ‘il quddiem din l-inizjattiva.

Is-Sur Charles Azzopardi, mill-Bank of Valletta tenna li din il-kampanja hija ħafna aktar minn inizjattiva ta’ ġbir ta’ fondi, iżda hija dwar inrawmu l-ġenerazzjoni li jmiss biex tipparteċipa fl-iffurmar ta’ Malta aktar ħanina u inklussiva. Huwa tenna li permezz ta’ din il-kampanja, it-tfal jitgħallmu li l-azzjonijiet tagħhom — ikunu kemm ikunu żgħar — jistgħu jġibu bidla reali.

Mit-Tlieta 14 ta’ Ottubru 2025, il-President ta’ Malta se żżur aktar minn għoxrin skola tal-Gvern, tal-Knisja kif ukoll privati madwar Malta u Għawdex, kemm tal-primarja u tas-sekondarja, fejn tiltaqa’ mat-tfal u fl-istess ħin twassal il-messaġġ tagħha b’risq din il-kampanja.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.