Midja

Laqgħa ta’ korteżija fi tmiem it-terminu tal-Kummissarju Għoli Gloria Gangte
Il-President irringrazzjat lill-Kummissarju Għoli Indjana għal-ħidma tagħha f’Malta u awguratilha għall-irwol il-ġdid li ser tassumi.

Il-President ta’ Malta tippreżenta l-unur Premju Soċjetà Ġusta
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, ippreżentat l-unur Premju Soċjetà Ġusta liż-żagħżugħ Jacob Callus, waqt serata organizzata mill-Ministeru għall-Inklużjoni u s-Settur tal-Volontarjat.

Il-President iżżur il-Kulleġġ Santu Wistin bħala parti mill-kampanja tal-Piggy Bank
Bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank, il-President żaret il-Kulleġġ Santu Wistin f’Tal-Pietà.

Il-President Myriam Spiteri Debono tippreżenta Ġieħ il-Kottonera lil Charles Coleiro
Charles Coleiro kien rikonoxxut għall-kontribut tiegħu lejn il-Kottonera, u l-impenn tiegħu favur il-lingwa u l-istorja Maltija.

Żjara fl-Iskola Sekondarja tal-Blata l-Bajda bħala parti mill-kampanja Piggy Bank
Il-President żaret l-iskola sekondarja tal-Blata l-Bajda, bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank Campaign.

L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Liberja tippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tagħha
L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Liberja, l-Eċċellenza Tagħha Genevieve Kennedy, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta.

L-Ambaxxatriċi tal-Istat tal-Iżrael tippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tagħha
L-Ambaxxatriċi tal-Istat tal-Iżrael, l-Eċċellenza Tagħha Ruth Cohen-Dar, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta.

Il-President tiltaqa’ mal-istudenti tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi bħala parti mill-kampanja Piggy Bank
Bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank, il-President żaret l-iskola primarja tas-Siġġiewi.

Żjara fl-Iskola Medja ta’ Ħal Kirkop bħala parti mill-kampanja tal-Piggy Bank
Il-President kompliet biż-żjarat tagħha fl-iskejjel, bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank.