Midja

Il-President tattendi kunċert li kkommemora s-60 sena tan-Nunzjatura Appostolika f’Malta
Il-kunċert korali kkommemora s-60 sena ta’ ħidma tan-Nunzjatura Appostolika f’Malta, u r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u s-Santa Sede.

Laqgħa ta’ korteżija mar-Rappreżentat Speċjali għas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar it-tfal u l-kunflitt armat
Vanessa Frazier inħatret rappreżentat Speċjali għas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar it-tfal u l-kunflitt armat.

Il-President tospita ċ-ċerimonja tal-unuri tal-IĠM fil-Kastell Verdala
Is-serata kienet organizzata mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta u li matulha ngħataw 21 rikonoxximent lil ġurnalisti f’oqsma differenti tal-ġurnaliżmu.

Il-President tattendi ċ-ċerimonja tal-Premju Anzjanità Attiva
Il-koppja Jeanpierre u Iliana Azzopardi kienu rikonoxxuti bil-Premju Anzjanità Attiva għall-impenn volontarju tagħhom b’risq l-anzjani fil-komunità f’Tal-Ibraġġ.

Serata ad unur Dun Karm Psaila fil-Palazz ta’ Sant’Anton
L-Akkademja tal-Malti organizzat serata fil-Palazz ta’ Sant’Anton, f’ġieħ il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila.

Titnieda t-tieni edizzjoni tal-kunċert Kuraġġ
It-tieni edizzjoni tal-kunċert Kuraġġ se ssir fuq tliet serati nhar is-7, 8 u 9 ta’ Novembru.

Il-President tattendi ċ-ċelebrazzjoni tat-30 sena mit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Ombudsman f’Malta
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni li mmarkat it-30 sena mit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Ombudsman f’Malta.

Il-President iżżur iċ-Chiswick House School bħala parti mill-kampanja Piggy Bank
Il-President żaret iċ-Chiswick House School bħala parti mill-kampanja L-istrina BOV Piggy Bank.

Il-President iżżur l-Iskola Primarja ta’ San Ġwann bħala parti mill-kampanja Piggy Bank
Bħala parti mill-kampanja L-istrina BOV Piggy Bank, il-President żaret l-iskola primarja ta’ San Ġwann.